Rispons pożittiv għall-bidu tal-Kampanja Edukattiva 2018-2019
Illum il-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli bdiet biż-żjarat tagħha uffiċjali fl-iskejjel Primarji bħala parti mill-Kampanja Edukattiva 2018-2019. It-tim tal-Fondazzjoni żar il-Kulleġġ Santa Margerita fl-Isla u permezz tal-maskot Chippy se jibqa’ jżur l-iskejjel madwar Malta u Għawdex u jkun ta’ protezzjoni edukattiva għal dawk żgħar fl-età u l-vulnerabbli fejn jidħol il-vizzju tal-logħob.
Aktar promozzjoni fuq Kalamita
L-Uffiċjal Eżekuttiv għall-Promozzjoni Kayne Said jitkellem waqt Kalamita dwar ħidmet il-Fondazzjoni, il-bżonn ta’ aktar għarfien permezz ta’ kampanji edukattivi, li tiġi pprovduta alternattiva, il-bżonn ta’ aktar riċerka u li tkun spalla għal dawk li jbatu mill-vizzju tal-logħob. Jekk tħoss li għandek problema bil-vizzju, ċempel 1777. Qegħdin hemm biex ngħinuk. Segwina fuq Kalamita kull ħmistax u Għamel LIKE u SHARE […]
Alternattiva b’entużjażmu u aktar fuq IT-TORĊA
Illum fuq It-Torċa nagħtu ħarsa lejn sehem il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli fl-organizzar tal-”Logħob għal Kulħadd 2018”. Grazzi tmur lill-Kumitat Organizzattiv Żgħażagħ Rabtin Pawlini u lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri. Inizjattiva suċċess bħala ALTERNATTIVA għall-vizzju patoloġiku tal-logħob. Agħmlu LIKE + SHARE fuq il-paġna tagħna ta’ facebook: https://www.facebook.com/RGFMalta/
Aktar promozzjoni fuq IT-TORĊA
Aktar promozzjoni fuq It-Torċa. Att ġdid dwar il-logħob mill-ewwel ta’ dan ix-xahar … u mistoqsijiet persuna għandha ssaqsi lilha nfisha biex tara jekk tbatix mill-vizzju tal-logħob. Ċempel 1777. Qegħdin hawn biex ngħinuk. Żur il-paġna facebook tagħna fuq https://www.facebook.com/RGFMalta/
The RGF supports a water sports activity as an alternative to gambling
For the 11th consecutive year the Saint Paul’s churchyard in Rabat, Malta, witnessed an energetic water gaming sports activity which carries the name “Games for Everyone/Logħob għal Kulħadd’’. An activity which is divided over a week that sees teams of children and young adults enjoying a summerly competitive atmosphere. All this thanks to a strong young youth committee called Żgħażagħ Rabtin […]
Il-Fondazzjoni b’attività sportiva bħala alternattiva għall-vizzju tal-logħob
Għal 11-il sena konsekuttiva z-Zuntier tar-Rabat, Malta, reġa’ kien xhud għal attività sabiħa bit-titlu ‘’Logħob għal Kulħadd’’. Attività maqsuma fuq ġimgħa li rat timijiet ta’ tfal u żgħażagħ jikkompetu bejniethom f’atmosfera kompetittiva, sportiva u sajfija. Dan kollu grazzi għall-organizzazzjoni b’saħħitha tal-Kumitat Organizzattiv Żgħażagħ Rabtin Pawlini, bis-sehem tal-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli u tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija […]
Il-Fondazzjoni parti mill-LOGĦOB GĦAL KULĦADD 2018
Bi pjaċir din is-sena qegħdin inħabbru li l-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli, flimkien maż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini, se tkun qed tifforma parti mill-organizzazzjoni tal-LOGĦOB GĦAL KULĦADD 2018 għaliex nemmnu li attivitajiet bħal dawn jiswew ta’ alternattiva għall-vizzju tal-logħob. B’hekk inħeġġukom biex tieħdu sehem bi ħġarkom għal din l-attività li se tkun qiegħda tittella’ fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa fir-Rabat bejn […]
Il-Fondazzjoni bi promozzjoni kontinwa fuq IT-TORĊA
Promozzjoni fuq It-Torċa. Ħarsa lejn l-għotja ta’ €50,000 mill-MALTCO lill-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli biex tiġi assistita l-ħidma kontra l-vizzju tal-logħob. Inħarsu wkoll lejn ħidmet il-Malta Gaming Authority fir-rigward tas-Sistema Unika ta’ Esklużjoni. Sadanittant tħoss li għandek problema bil-vizzju tal-logħob? Ċempel 1777. Qegħdin hemm biex ngħinuk.
Maltco Lotteries contributes another €50,000 into the Responsible Gaming Foundation
Thursday, June 28, 2017, Malta – Maltco Lotteries has once again contributed a further €50,000 to the Responsible Gaming Foundation with a cheque presented to the Malta Gaming Authority. Maltco contributes to Malta’s economy through job creation and investment as well as to social well-being through an on-going programme of financial support for NGO’s, culture, […]
Qegħdin hemm biex ngħinuk!
L-Uffiċjal Eżekuttiv għall-Promozzjoni, Kayne Said, flimkien ma’ Marisa D’Amato kmieni waranofsinhar fuq il-programm Kalamita. Jiġu diskussi fost oħrajn il-logħob responsabbli, l-esklużjoni mil-logħob, il-Kampanja Edukattiva u l-Helpline 1777. Għal aktar informazzjoni jew biex issib l-għajnuna għamel kuraġġ u ċempel 1777. Qegħdin hemm biex ngħinuk.