December 07, 2018

Il-Ġimgħa, Diċembru 7, 2018, Malta – Grupp ta’ impjegati minn dipartimenti differenti fi ħdan il-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli qattgħu jum ta’ ħidma volontarja fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Il-ħaddiema għamlu diversi xogħolijiet bħal tindif ġenerali, ħasil ta’ twieqi u kif ukoll għajnuna fil-kċina. Il-Fondazzjoni organizzat din l-inizjattiva bl-appoġġ tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji,  Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni bħala parti mill-programm għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tagħha.

Is-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Silvio Schembri kien preżenti għal din il-ħidma volontarja fejn iltaqa’ mad-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef u mal-ħaddiema tal-Fondazzjoni. Huwa ta l-proset tiegħu lill-ħaddiema tal-Fondazzjoni u saħaq dwar l-importanza tal-volontarjat fis-soċjetà tagħna. L-Onorevoli Schembri żar u tkellem ma’ diversi ħaddiema li jaħdmu fid-Dar, fejn irringrazzja b’mod speċjali lil Fr Martin Scicluna tal-ħidma bżonnjuża immens li d-Dar tal-Providenza twettaq mal-persuni b’diżabbiltà.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, f’isem ir-residenti rringrazzja lill-impjegati kollha tal-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli għall-ħidma volontarja li għamlu matul dan il-jum u għamel referenza għall-ġbir ta’ fondi li se jkun qed jitwettaq fl-Ewwel tas-Sena biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza.

Min-naħa l-oħra, is-Sur Shawn Zammit, Kap tal-Operazzjonijiet fil-Fondazzjoni, irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għall-preżenza tiegħu għal din l-attività b’ruħ speċjali u lil Fr Micallef għax-xogħol eċċezzjonali li jsir matul is-sena kollha.

01

02

_____________________________________

Friday, December 7, 2018, Malta – A group of workers from different sections working within the Responsible Gaming Foundation spent a full day carrying out voluntary work at id-Dar tal-Providenza in Siġġiewi.

The employees carried our various tasks such as general cleaning, washing windows and food preparation. The foundation organised the activity with the help of the Parliamentary Secretary for Financial Services, Digital Economy and Innovation as part of their Corporate Social Responsibility Programme.

The Parliamentary Secretary Hon. Silvio Schembri attended for the event as well where he met with Fr Martin Micallef, Director at Dar tal-Providenza, and also met with the Responsible Gaming Foundation’s staff. He thanked the staff for their healthy initiative and stated the importance of voluntary work in today’s society. Hon. Schembri visited and talked with various workers at Dar tal-Providenza, where he thanked them and Fr Martin Scicluna for their precious work with people with disability on a daily routine.

On behalf of the residents, Fr Martin Micallef, Director of id-Dar tal-Providenza, thanked the staff of the Responsible Gaming Foundation for the voluntary work done and reminded everyone about the New Year’s Day fundraising event in aid of Dar tal-Providenza.

On the other hand Mr Shawn Zammit, Head of Operations at the RGF thanked the Parliamentary Secretary Hon. Silvio Schembri for his attendance for this social activity and Fr Micallef for his sterling work in helping person’s with disability.

03

04

05

Comments

No comments found.

Leave a Reply

Your e-mail address will never by shared.

Please enter your name!

Please enter your email!

Please enter your website!

Please enter your comment!